GINO LOMBARDI

Lomby Books

Dwar Gino Lombardi

Gino Lombardi twieled il-Furjana fit-23 ta’ Lulju ta’ l-1960. Huwa mizzewweg lil Carmen nee’  Vella fl-1987 u ghandom zewgt ibniet, Kimberley u Nicole.

Gino huwa t-tielet fil-generazzjoni ta’ kittieba, qablu kien hemm Emilio, li ghex bejn l-1881 u l-1956, buznannuh, u li kiteb madwar mija u ghaxar kotba. Uhud minn dawn huma L-Aghma ta' Lourdes, Is-Sigriet tal-Qrar, L-Iltiema, Tghallaq u Baqa' Haj! Gino huwa iben Elio, li wkoll ippubblika diversi rumanzi, fosthom L-Eku tad-Daqqa ta’ Harta, Sonya u Angelo l-Iswed.

Lombardi ilu jifforma parti mill-Forzi Armati ta’ Malta sa mill-1983.

Fost id-delizzji tieghu ghandu t-tpingija, id-drama u l-kitba. Gino ilu jikteb sa minn meta kellu madwar hmistax-il sena, kiteb diversi novelli, li bosta minnhom inqraw fuq stazzjonijiet tar-radju, wahda minnhom inhadmet bhala film ghat-televizjoni. Fil-fatt ricentement huwa kklassifika fit-Tielet Post f’konkors ta’ novelli bil-kitba tieghu ‘Fejn Mar Kulhadd?’ Aktar ricenti in-novella 'Mort sal-Bank!' ghaddiet bhala finalista f'kompetizzjoni ghal-stejjer qosra organizzata minn ONE TV minn fost aktar minn 400 novella ohra.

Gino Lombardi ippubblika erba' rumanzi Grammi, Leroy Il-Villa li Tleqq, Leroy L-Eroj! u Id mill-Genna. Barra minn dawn ghandu rumanz iehor (Paniku) lest ghall-pubblikazzjoni u iehor fil-process tal-kitba.

Kif ghedna aktar qabel huwa ghandu ghal qalbu t-tpingija, fil-fatt huwa jhobb idahhal xi disinn li jkun ghamel huwa stess fir-rumanzi tieghu.

Izda huwa jhobb ukoll id-drama u ha sehem f’diversi rapprezentazzjonijiet teatrali ma’ hafna kumpaniji, kif ukoll deher f’diversi sensiliet u programmi televizivi, kif ukoll f’films lokali u barranin.